MERCHANDISING FESTA 2015
Festa 2015 – Merchandising
Ordna il-Gear tal-Festa 2015 sal-Hadd, 12 ta’ Lulju ghal prezz ta’ €18 u €20 bl-isem personalizzat fuq wara tal-flokk.
T-Shirts ghal prezz ta’ €8 u Magic Mugs ghal prezz ta’ €10.
Ordnijiet u samples tal-Flokkijiet mill-Bar tal-Kazin.
ghal aktar informazzjoni cempel fuq 79277303
Ahseb kmieni ghax ordnijiet limitati.
X’Rajna fil-Marċ tat-Tlieta li beda mill-Qajjenza mill-Banda mistiedna Stella Maris, 29 ta’ Lulju 2014
Nhar it-Tlieta l-Banda Birżebbuġa stiednet lill-banda Stella Maris ta’ tas-Sliema biex tagħmel il-marċ. Dan beda mill-Qajjenza u wara li dar it-toroq taz-zona daħal fiċ-ċentru ta’ Birżebbuġa. Il-marċ intemm bi briju kbir quddiem is-Sede tal-Każin.
X’Rajna t-Tnejn fil-Ħruġ min-Niċċa, 28 ta’ Lulju 2014
It-Tnejn bdiet il-festa b’mod uffiċjali. Hawnhekk kmieni filgħodu l-Għaqda Piroteknika 22 ta’ Frar ħarqet sensiela ta’ salut u murtali tal-ħsejjes. L-istess għamlet f’nofsinhar. Imbagħad filgħaxija waqt il-ħruġ tal-vara fuq iz-zuntier li kien għall-ħabta tas-7:15pm il-Banda Birżebbuġa daqqet mal-Banda San Pietru fil-ktajjen. L-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar nistgħu ngħidu li dewqitna ftit mis-show li għandha bil-lest għalina din il-ġimgħa. Ma rridux nitkessħu imma ma nkunux qed nigdbu jekk ngħidu li bil-murtali li ħarqet l-Għaqda tan-Nar bellaħna ħafna nies, anke mill-irħula ġirien tagħna li lanqas setgħu jemmnu b’għajnejhom il-kwalità u l-livell li lħaqna. Aktar tard il-Banda tagħna għamlet marċ brijuż mat-toroq fejn intemm quddiem is-Sede tas-Soċjetà bi briju kbir kif jafu jagħmlu biss il-Partitarji tagħna.
L-Għaqda tan-Nar tagħna 22 ta’ Frar tiftaħ il-ġimgħa tal-festa bi ħruq ta’ salut u murtaletti mat-tokki tat-8am tal-arloġġ tal-Knisja.
L-Għaqda Piroteknika 22 ta’ Frar tagħmel ħruq ta’ salut u murtaletti mal-mota tal-festa ta’ nofsinhar.
Il-Briju kbir li sar fil-Marċ tal-Ħruġ min-Niċċa hekk kif il-marċ wasal quddiem is-Sede tas-Soċjetà ‘Il-Ġawhra San Pietru’
Il-Ħadd li għadda, jiġifieri l-Ħadd ta’ qabel il-festa kien hemm il-Pre-feast Party fil-bottgin tas-Soċjetà. Kien hemm pjaċir u briju kbir mill-Partitarji Ljuni. Dan sar appuntament annwali. Ħadet sehem ukoll il-Banda Birżebbuġa b’daqq sabiħ ta’ marċi brijużi.
It-Tieni Tridu Il-Ħamis 31 ta’ Lulju 2014 |
|
06:30pm | Fil-Knisja Parrokkjali ssir il-Quddiesa bl-Għasar Votiv bil-Malti ta’ San Pietru Appostlu. Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni Dun Stephen Attard, Viċi-Parroku ta’ Bormla. Matul il-quddiesa ssir il-Priedka tat-Tridu fuq il-ħajja ta’ San Pietru Appostlu. Wara l-Komunjoni tingħad il-Kurunella lil San Pietru Appostlu, tindaqq u titkanta l-Antifona ‘Inti r-Ragħaj tan-Nagħaġ’ u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Wara l-Barka Sagramentali jitkanta l-Innu Popolari Lil San Pietru. –Għal din iċ-ċelebrazzjoni jkunu mistiedna b’mod speċjali d-delegati u r-rappreżentanti tad-diversi Għaqdiet li nsibu f’Birżebbuġa. |
08:30pm | Il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 taħt id-direzzjoni tas-surmast Mro. Michael Bugelli A.T.C.L se tagħmel marċ brijuż li jibda minn Triq il-Kartaġinizi u jkompli tul dawn it-toroq: il-Port Ħieles, San Franġisk Saverju, San Ġwann, il-Ħaruf, il-Port Ħieles, is-Sebħ, il-Ġurġier, Alessandru, Misraħ Ħamilkar Barka, San Filippu, il-Kummerċ, San Patrizju, Misraħ is-Summit, il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa, Santa Katerina, Santa Marija, dawret il-Qalb Imqaddsa, San Ġorġ, Santa Katerina, Tankijiet, San Pawl, Il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa sa quddiem is-Sede tas-Soċjetà. |
11:30pm | Jasal fi tmiemu l-Marċ mill-Banda Birżebbuġa A.D. 1990, quddiem is-Sede ‘Ġawhra San Pietru’, fost il-ferħ u l-briju kbir li jafu jorganizzaw il-membri tas-Sezzjoni Żgħażagħ u l-Partitarji Ljuni. |
Qiegħed jitqassam il-Ktieb tal-festa tas-Soċjetà tagħna ‘Minn Qalb l-Iljuni’ għal din il-festa 2014. Dan il-ktieb ikun mistenni minn ħafna dilettanti sew minn Birżebbuġa kif ukoll minn barra r-raħal. Din il-pubblikazzjoni tittieħed b’serjetà kbira u s-Soċjetà tinvesti ħafna saħħa fiha. Din is-sena lħaqna livell għoli ħafna. Mil-lat ta’ design u editorija, ntroduċjna diversi fatturi u teknikalitajiet ġodda. Grazzi lil kulħadd.
DAWK IL-MEMBRI U AMMIRATURI LI JRIDU KOPJA, ILLEJLA FIS-SEDE JEW QUDDIEM IS-SEDE TAS-SOĊJETÀ SE JKUN HEMM IS-SINJURA SUE PACE U L-HELPERS NISA BIEX JAQDU LIN-NIES. TĦALLUX GĦALL-AĦĦAR GĦAX JISPIĊĊAW. QEGĦDIN ĠENTILMENT NITOLBU LIL DAWK LI JIĠU BIEX JAKKWISTAW IL-KTIEB DONAZZJONI ŻGĦIRA TA’ €2 GĦAL KULL KOPJA.
Programm tal-Festa San Pietru Birżebbuġa 2014 ::::: Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990
Ċelebrazzjonijiet ta’ Qabel il-Ġimgħa tal-Festa
L-Erbgħa 23 ta’ Lulju 2014 | |
06:30pm | Sports Rally organizzata mill-Parroċċa għat-tfal fi Triq il-Kostituzzjoni. |
Il-Ħamis 24 ta’ Lulju 2014 | |
06:30pm | Quddiesa u Adorazzjoni Animata mill-Kummissjoni Liturġija bi tħejjija għall-festa. |
Il-Ġimgħa 25 ta’ Lulju 2014 | |
08:00pm | BBQ kbir Tat-Triq. Jiġi organizzat il-famuż BBQ mis-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990 fi Triq Birżebbuġa, it-triq tas-Sede tagħna ‘Ġawhra San Pietru’. Inħeġġu l-Membri biex jakkwistaw il-biljetti. Tieħu sehem il-Banda Birżebbuġa bid-daqq ta’ Marċi Brijużi. |
Is-Sibt 26 ta’ Lulju 2014 | |
05:30pm | Quddiesa b’sufraġġju Għall-Mejtin tal-Parroċċa. Tiġi ċċelebrata l-quddiesa b’tifkira ta’ dawk li mietu mill-festa tas-sena l-oħra ‘l hawn. Mistiedna b’mod speċjali l-qraba u l-ħbieb. Insemmu isimhom. |
07:30pm | Lejla Sajfija organizzata mill-Parroċċa fi Ġnien l-Indipendenza |
Il-Ħadd 27 ta’ Lulju 2014 | |
08:00am | Quddiesa għall-Gruppi u l-Għaqdiet li għandhom sehem direttament fil-Festa. |
09:00am | Il-Preżentazzjoni tat-Trabi. Issir il-quddiesa tradizzjonali li fiha jiġu ppreżentati t-trabi lil Alla taħt l-awspiċju ta’ San Pietru Appostlu, Patrun ta’ Birżebbuġa. |
11:00am | Isir il-Pre-Feast Gathering fil-Bottegin tal-każin li issa daħal sew fil-kalendarju tas-Soċjetà. Ikun hemm varjeta’ u briju kbir mill-Partitarji. Kulħadd jiġi liebes bil-kuluri u l-flokkijiet tal-Għaqda tagħna. Tieħu sehem il-Banda Birżebbuġa bid-daqq ta’ Marċi Brijużi. |
11:00am | Quddiesa animata miż–żgħażagħ minn P. Joseph Formosa OFM Cov. |
06:30pm | Lejla Sajfija organizzata mill-Parroċċa fi Ġnien l-Indipendenza. |
________________________________________________________
Ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Tal-Festa Titulari
Ħruġ Min-Niċċa It-Tnejn 28 ta’ Lulju 2014 |
|
08:00am | L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa A.D. 1990 issellem l-għodwa tal-ftuħ tal-festa bi ħruq ta’ murtali tal-bomba. |
12:00pm | Mat-tokki ta’ nofsinhar u l-ewwel mota tal-ġimgħa tal-festa bil-Qanpiena l-Kbira, il-membri tal-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar jaħarqu murtali tal-bomba. |
07:15pm | Ħruġ min-Niċċa. Il-Mument tant mistenni għad-devoti Petrini wasal. Wara sena, nerġgħu naraw lill-Appostlu jfiġġ f’Bieb il-knisja biex jimla lil kulħadd bil-ferħ u jberikna bil-barka tiegħu. Dawk imweldin u mgħammda taħt ismu, residenti jew mhux, huma msejħa biex jinġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa biex hemmhekk ninvokawh u nagħtuh l-ewwel tislima. |
Hekk kif l-istatwa artistika u devota ta’ San Pietru App. tinġarr għal taħt il-portiku tal-knisja parrokkjali, il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 flimkien mal-Banda San Pietru fil-Ktajjen A.D. 1957, isellmulha bid-daqq tal-Innu Popolari Lil San Pietru miktub minn Mro. Carmelo Pace fl-1962 fuq versi tal-Poeta Dun Frans Camilleri. | |
L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar, issellem il-ħruġ tax-xbieha ta’ San Pietru fil-ktajjen bi ħruq ta’ wieħed u għoxrin salut, kaxxa Infernali spanjola, murtali tal-logħob u murtaletti. | |
Isir id-diskors mill-kappillan il-Kan. Dun Anton Galea Scannura u miż-żewġ Presidenti tal-Baned Mużikali. Isiru wkoll diversi skambji ta’ rigali bħala tifkira ta’ din il-festa. Imbagħad tingħad il-Kurunella f’ġieħ San Pietru u t-tfal li rċevew l-Ewwel Tqarbina jippreżentaw fjura lil San Pietru. Waqt dan il-mument se jindaqq l-Innu ‘Insellmulek’ ta’ Matthew Fenech, l-innu li żżanżan is-sena li għaddiet fl-okkażjoni taċ-Ċentinarju tal-Parroċċa. | |
L-istatwa Titulari ta’ San Pietru imbagħad tagħmel id-dawra tradizzjonali tagħha fuq iz-zuntier. Hawnhekk se nisimgħu fost l-oħrajn l-Innijiet ‘Ragħaj tal-Knisja’ ta’ Alex Caruana kkummissjonat mill-Għaqda tal-Armar 1 t’Awwissu fis-sena 2008, il-marċ tradizzjonali ‘Fil-Ħruġ min-Niċċa’ ta’ Mro. Ronnie Debattista F.L.C.M ikkummissjonat mill-Parroċċa fl-2010 u din is-sena biex inżommu mat-tradizzjoni, il-parroċċa se żżanżan Innu Marċ ġdid bl-isem San Pietru App. Patrun ta’ Birżebbuġa fuq mużika tas-surmast Mro. Ray Sciberras F.L.C.M u versi ta’ Sunny Farrugia. | |
08:00pm | Il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tagħti bidu għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet bl-ewwel marċ brijuż tagħha li qed jikber fil-popolarità, magħruf mal-partitarji bħala l-Marċ tat-Tnejn jew il-Marċ tal-Ħruġ min-Niċċa. Il-Banda tinżel minn fuq iz-zuntier tal-knisja u mbagħad tgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ il-Knisja, Kurat Fenech, Sant’Anġlu, il-Ħaddiema, ix-Xogħol, Santa Rita, il-Qolla, Misraħ ir-Repubblika, il-Kostituzzjoni. |
Kif ilha tagħmel sa mit-twaqqif tagħha, il-Banda Birżebbuġa ddoqq l-Innu Popolari lil San Pietru hekk kif din tasal quddiem ir-residenza tal-qatt minsi Mons. Ġużeppi Minuti, b’tislima lil dan il-kappillan li ħadem ħafna għall-knisja u l-festa. Il-banda tkompli l-marċ minn dawn it-toroq: Misraħ ir-Repubblika, 13 ta’ Diċembru, Żurrieq, Xbieki, San Vinċenz, San Ġwann, iż-Żibra, il-Bajja s-Sabiħa għal Triq Birżebbuġa quddiem is-Sede tas-Soċjetà. | |
11:00pm | Jasal fi tmiemu l-Marċ mill-Banda Birżebbuġa A.D. 1990, quddiem is-Sede ‘Ġawhra San Pietru’, fost il-ferħ u l-briju kbir li jafu jorganizzaw il-membri tas-Sezzjoni Żgħażagħ u l-Partitarji Ljuni. |
It-Tlieta tal-festa It-Tlieta 29 ta’ Lulju 2014 |
|
08:00am | Issir il-Purċissjoni tradizzjonali tat-tfal bil-vara żgħira iżda artistika ta’ San Pietru Appostlu. Kulħadd jinġabar ftit qabel fil-M.U.S.E.U.M. tas-subien biex minn hemm nilqgħu l-istatwa sabiħa ta’ San Pietru Appostlu maħduma fil-ġibs, mid-ditta Rosa Zanazio ta’ Ruma. Din il-vara sabiħa żżanżnet is-sena li għaddiet fl-okkażjoni taċ-Ċentinarju. Inħeġġu lill-ġenituri kollha biex iwasslu lit-tfal tagħhom sal-M.U.S.E.U.M. tas-subien u jakkumpanjawhom tul il-purċissjoni kollha sal-Knisja. Inħeġġu lit-tfal u lill-ġenituri kollha biex iġibu magħhom bnadar u mkatar bojod u sofor, il-kuluri tal-Papa. |
08:30am | Fil-knisja Parrokkjali ssir quddiesa għat-tfal bi preżentazzjoni fuq il-ħajja ta’ San Pietru mill-Kanonku Rueben Micallef, Arċipriet tal-Kolleġġjata ta’ Bormla. Ma’ tmiem il-quddiesa jkun hemm it-tqassim tal-medalji tal-Sports Rally ta’ ġimgħa qabel. |
08:30pm | Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris A.D. 1914 ta’ tas-Sliema, fuq stedina tas-Soċjetà tagħna tagħmel marċ brijuż li jibda mill-Qajjenza. Jibda minn Triq il-Kitarristi u jkompli tul dawn it-toroq Il-Qajjenza (kantuniera ma’ Triq il-Merżuq), Mikiel Abela, l-Għannejja, il-Mandolina, il-Fossili, Ħerakles, Il-Ħajja Ewlenija, l-Għerien, il-Maqdes, Ħerakles, F.M. Ferretti, Cachia Żammit, Birżebbuġa, San Ġużepp, Santa Rita, Sant’Anġlu, San Tumas, Misraħ ir-Repubblika, 31 ta’ Marzu, Profs. Anton Tabone, Il-Bajja s-Sabiħa, għal Triq Birżebbuġa quddiem is-Sede tas-Soċjetà. |
11:30pm | Jasal fi tmiemu l-marċ mill-Banda Stella Maris A.D. 1914, mistiedna tas-Soċjetà tagħna quddiem is-Sede ‘Ġawhra San Pietru’, fost il-ferħ u l-briju organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ u mill-Partitarji Ljuni. |
L-Ewwel Tridu L-Erbgħa 30 ta’ Lulju 2014 |
|
|
Fil-Knisja Parrokkjali ssir il-Quddiesa bl-Għasar Votiv bil-Malti ta’ San Pietru Appostlu. Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni Dun Stephen Attard, Viċi-Parroku ta’ Bormla. Matul il-quddiesa ssir il-Priedka tat-Tridu fuq il-ħajja ta’ San Pietru Appostlu. Wara l-Komunjoni tingħad il-Kurunella lil San Pietru Appostlu, tindaqq u titkanta l-Antifona ‘Inti r-Ragħaj tan-Nagħaġ’ u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Wara l-Barka Sagramentali jitkanta l-Innu Popolari Lil San Pietru. – Għal din iċ-ċelebrazzjoni jkunu mistiedna l-Morda u l-Anzjani. Ikun hemm trasport provdut għal min jitolbu lill-kappillan minn qabel. Wara l-funzjoni jsir riċeviment żgħir għall-anzjani u l-morda fil-pjazzetta li hemm wara l-Knisja Parrokkjali. |
|
Attività għaż-Żgħażagħ u l-Membri Partitarji tas-Soċjetà tagħna fil-bottegin tas-Sede ‘Ġawhra San Pietru’. Inħeġġu liż-żgħażagħ jiġu l-każin bil-flokkijiet sbieħ li s-Soċjetà ħarġet għall-bejgħ apposta għal din il-festa 2014. Nistednukom biex tieħdu din l-opportunità biex iġġibu lil sħabkom u taraw id-diversi gadgets u memorabilia li s-Soċjetà għandha għall-bejgħ, fosthom bnadar kbar, Cds, keychains, maggijiet, u ħafna oħrajn. |
It-Tieni Tridu Il-Ħamis 31 ta’ Lulju 2014 |
|
|
Fil-Knisja Parrokkjali ssir il-Quddiesa bl-Għasar Votiv bil-Malti ta’ San Pietru Appostlu. Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni Dun Stephen Attard, Viċi-Parroku ta’ Bormla. Matul il-quddiesa ssir il-Priedka tat-Tridu fuq il-ħajja ta’ San Pietru Appostlu. Wara l-Komunjoni tingħad il-Kurunella lil San Pietru Appostlu, tindaqq u titkanta l-Antifona ‘Inti r-Ragħaj tan-Nagħaġ’ u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Wara l-Barka Sagramentali jitkanta l-Innu Popolari Lil San Pietru. – Għal din iċ-ċelebrazzjoni jkunu mistiedna b’mod speċjali d-delegati u r-rappreżentanti tad-diversi Għaqdiet li nsibu f’Birżebbuġa. |
08:30pm | Il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 taħt id-direzzjoni tas-surmast Mro. Michael Bugelli A.T.C.L se tagħmel marċ brijuż li jibda minn Triq il-Kartaġinizi u jkompli tul dawn it-toroq: il-Port Ħieles, San Franġisk Saverju, San Ġwann, il-Ħaruf, il-Port Ħieles, is-Sebħ, il-Ġurġier, Alessandru, Misraħ Ħamilkar Barka, San Filippu, il-Kummerċ, San Patrizju, Misraħ is-Summit, il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa, Santa Katerina, Santa Marija, dawret il-Qalb Imqaddsa, San Ġorġ, Santa Katerina, Tankijiet, San Pawl, Il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa sa quddiem is-Sede tas-Soċjetà. |
11:30pm | Jasal fi tmiemu l-Marċ mill-Banda Birżebbuġa A.D. 1990, quddiem is-Sede ‘Ġawhra San Pietru’, fost il-ferħ u l-briju kbir li jafu jorganizzaw il-membri tas-Sezzjoni Żgħażagħ u l-Partitarji Ljuni. |
L-Aħħar Tridu Il-Ġimgħa 1 t’Awwissu 2014 Il-Festa Liturġika ta’ San Pietru In Vinculis |
|
F’din il-ġurnata se nilqgħu magħna delegazzjoni mill-Parroċċa Kolleġġjata Bażilikali ta’ San Pietru u San Pawl tan-Nadur biex inkomplu nikkonsolidaw il-ġemellaġġ tagħna bejnietna. Fis-26 ta’ Ġunju ta’ din is-sena ġejna mistiedna biex nitilgħu n-Nadur u nipparteċipaw fil-festa tagħhom. Issa se jkunu huma li se jiġu u jaqsmu l-ferħ magħna. Nagħtuhom merħba u nilqugħhom b’idejna miftuħa. Huma se jkunu milqugħa mill-Kunsill Lokali, imbagħad se jżuru l-Knisja Parrokkjali tagħna u aktar tard filgħaxija se jkollhom l-opportunità li jieħdu sehem fil-Manifestazzjoni ta’ San Pietru tagħna billi jerfaw fil-Vara tas-Soċjetà. | |
|
L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar issellem l-għodwa tal-Aħħar Tridu u l-Jum tal-festa Liturġika bi ħruq ta’ Murtali tal-Bomba. |
12.00pm | Mat-tokki ta’ nofsinhar u l-Mota tal-festa bil-Qanpiena l-Kbira (Jum il-Festa Liturġika) l-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar tagħmel ħruq ta’ Murtali tal-Bomba. |
|
Fil-Knisja Parrokkjali ssir il-Quddiesa bl-Għasar Votiv bil-Malti ta’ San Pietru Appostlu. Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni Dun Stephen Attard, Viċi-Parroku ta’ Bormla. Matul il-quddiesa ssir il-Priedka tat-Tridu fuq il-ħajja ta’ San Pietru Appostlu. Wara l-Komunjoni tingħad il-Kurunella lil San Pietru Appostlu, tindaqq u titkanta l-Antifona ‘Inti r-Ragħaj tan-Nagħaġ’ u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Wara l-Barka Sagramentali jitkanta l-Innu Popolari Lil San Pietru. – Għal din iċ-ċelebrazzjoni jkunu mistiedna l-koppji miżżewġa, speċjalment dawk li jkunu għalqu xi anniversarju. |
07:15pm | Jingħata Bidu għall-Manifestazzjoni Tradizzjonali u Unika f’Malta ta’ San Pietru fuq il-Baħar bil-Vara Artistika ta’ San Pietru proprjetà tas-Soċjetà u kapulavur fil-kartapesta tal-Artist Alfred Camilleri Cauchi (1991). Għal din il-manifestazzjoni jiġu jżuruna diversi nies minn Malta kollha. Dawk kollha dilettanti tad-dgħajjes u opri tal-baħar għandhom jinġabru kollha fejn il-Moll tal-Bajja ta’ San Ġorġ iddekorati kif jixraq bi bnadar, xbiehat ta’ San Pietru u liedna ta’ kulur ħadran. Mill-Bajja ta’ San Ġorġ, id-dgħajjes jakkumpanjaw il-Vara ta’ San Pietru lejn il-Bajja s-Sabiħa, bid-daqq ta’ ħornijiet, f’atmosfera ferriħija li jafu joħolqu biss in-nies ta’ Birżebbuġa. |
07:15pm | L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar issellem it-tluq ta’ San Pietru fuq il-Baħar mill-Bajja ta’ San Ġorġ għall-Bajja s-Sabiħa bi ħruq ta’ Murtali tal-Bomba. |
08.00pm | Fil-Bajja s-Sabiħa, Il–Banda Birżebbuġa A.D. 1990, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Bugelli A.T.C.L. tilqa’ l-Istatwa tas-Soċjetà bid-daqq tal-Innu Popolari Lil San Pietru ta’ Mro. Carmelo Pace. |
L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar issellem il-wasla tal-vara fuq ix-Xtajta tal-Bajja s-Sabiħa bi ħruq ta’ Kaxxa Nfernali varjata bil-logħob minn fuq ir-ramla stess. | |
Il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 takkumpanja din id-dimostrazzjoni kbira b’marċ brijuż mill-aqwa li tgħaddi tul dawn it-toroq: Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa, Misraħ il-Knisja, S.Andrija, S.Anġlu, iż–Żurrieq, S.Ġwann, S.Edwardu, Alessandru, S.Franġisk Saverju, S.Filippu, Misraħ is-Summit, il-Bajja is-Sabiħa, il-Knisja, il-Bieqja, San Mikiel, Santa Katerina, it-Tankijiet, San Pietru, San Ġorġ, Żaren Dalli, San Mikiel, Santa Katerina, Triq Birżebbuġa u l-Bajja s-Sabiħa. | |
09.30pm | L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar issellem l-akkumpanjament tal-Vara ta’ San Pietru mill-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 fit-toroq tar-raħal tagħna, bi ħruq ta’ diversi settijiet ta’ Murtali u Murtaletti bil-logħob, kollu xogħol id-dilettanti qalbiena ta’ din l-Għaqda tan-Nar. |
11:00pm | Il-Vara Artistika ta’ San Pietru tasal quddiem is-Sede tas-Soċjetà ‘Il-Ġawhra San Pietru’. Hawnhekk il-vara tiddawwar tħares lejn il-każin u l-kantanta brava lokali Marthese Grech, akkumpanjata mill-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tkanta l-Innu sabiħ ‘Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk’ ta’ Mro. Ray Sciberras u kliem tal-Prof Oliver Friġġieri. Dan l-Innu qed jagħlaq ħames snin minn mindu żżanżan għall-ewwel darba fl-2009 fl-okkażjoni tal-50 Sena mill-Miġja tal-vara Titulari Preżenti. Il-Kantanta Marthese Grech tkanta wkoll l-Innu ‘Sliem Għalik Għażiż San Pietru’ ta’ Mro. Michael Bugelli u kliem ta’ Alex Caruana. Dan l-Innu żżanżan għall-ewwel darba s-sena li għaddiet (2013) fl-okkażjoni tal-ewwel Ċentinarju tal-Parroċċa u biex ifakkar l-Inawgurazzjoni tal-Urna bil-Ktajjen li ġew mogħtija mill-Basilica San Pietro In Vincoli ta’ Ruma. |
11.15pm | Il-Vara ta’ San Pietru App. flimkien mal-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 jkomplu neżlin l-aħħar distanza lejn ix-xatt, fejn hemm, ix-xbieha ta’ San Pietru tintlaqa’ minn ferħ u briju kbir mill-folla numeruża li ta’ kull sena timla l-istess wesgħa fix-Xatt. Hawnhekk il-vara tittellgħa fuq il-pedestall artistiku, maħdum u rregalat lis-Soċjetà mill-Aħwa Cutajar. |
L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar issellem għall-aħħar darba tlugħ l-istatwa fuq il-pedestall b’kaxxa infernali varjata tal-kulur, fjammi u prexxex minn fuq ir-ramla tal-Bajja s-Sabiħa. | |
11:20pm | Wara t-tlugħ tal-Vara, il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tagħlaq dan il-marċ grandjuż b’dimostrazzjoni minn ħdejn il-pedestall ta’ San Pietru sa quddiem is-Sede tas-Soċjetà ‘Ġawhra San Pietru’, bi briju organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ tas-Soċjetà. Din id-dimostrazzjoni brijuża tagħlaq f’nofs il-lejl, b’feature mill-aqwa fost il-briju tal-Partitarji preżenti. |
Vġili tal-Festa Is-Sibt 2 t’Awwissu 2014 |
|
08:00am | Issir il-quddiesa li fiha jitkanta it-Te Deum, l-Innu ta’ Ringrazzjament. Bit-Te Deum isir ringrazzjament lil Alla għat-Tliet Ijiem tat-Tridu li fihom il-poplu jkollu ċ-ċans jissaħħaħ fil-fidi bi preparazzjoni għall-Festa. Din il-funzjoni se tkun immexxija minn Rev. Francis Xavier Schembri. – Mal-Kant tat-‘Te Deum’ jindaqqu l-qniepen kollha tal-parroċċa inkluż il-‘Qanpiena l-Kbira’ msemmija għal San Pietru App. Bil-kant tat-‘Te Deum’ jingħalaq uffiċjalment it-Tridu tal-festa. Issa nagħtu bidu uffiċjalment għall-festa ta’ San Pietru App. f’Birżebbuġa: Il-Vġili u Jum il-Festa. |
12.00pm | L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar tagħmel ħruq ta’ Murtali tal-Bomba. |
12.00pm | Issir l-Ikla Tradizzjonali ta’ Lejlet il-Festa fil-Bottegin tal-każin tagħna ‘Ġawhra San Pietru’. Jittieħdu bookings mis-Sidien tal-Bar. |
05.00pm | Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Parroċċa. |
06:15pm | Issir it-Translazzjoni Sollenni bl-insinji Relikwija ta’ San Pietru Appostlu, Patrun Singolari u Titulari ta’ Birżebbuġa. Il-Purċissjoni, bis-sehem tal-Fratellanza tas-Sagrament, toħroġ mill-Knisja Parrokkjali għall-Kappella Viċendarja tas-Sacra Famiglia fejn ir-Relikwija tal-Kbir Appostlu tintlaqa’ b’talb mill-Kleru. Ir-relikwija tinġarr lura għall-Knisja Parrokkjali minn Rev. Dun Brian Gialanzè, saċerdot novell minn Birżebbuġa. – It-Translazzjoni tiftaħ is-Sollennità tal-festa Titulari (Prima Klassi). Hija drawwa antika ħafna tal-Ewwel insara f’Ruma u tissimbolizza d-dħul glorjuż fil-ġenna tal-Qaddis. Huwa mument li fih induru mar-Relikwija ta’ San Pietru u nagħtuha l-Venerazzjoni li tixirqilha. Fl-antik, qabel ma ġew introdotti l-vari, l-attenzjoni tad-devoti kienet tkun biss fuq ir-Relikwija tal-Qaddis. |
06.45pm | Mad-dħul tar-Relikwija fil-Knisja Parrokkjali jingħata bidu għall-Quddiesa bil-Kant tal-Primi Vespri bil-Malti. Il-funzjoni titmexxa miċ-ċelebrant Rev. Brian Gialanzè li jagħmel ukoll l-Omelija tal-quddiesa. – Din iċ-ċelebrazzjoni tiġi offruta għall-bżonnijiet tal-benefatturi sew ħajjin jew mejtin tal-Parroċċa. |
08.00pm | Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Parroċċa. |
08.00pm | Marċ Gala mill-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 bl-Istandardi u l-Unuri kollha tas-Soċjetà. Il-marċ jibda minn quddiem is-Sede ‘Ġawhra San Pietru’ u jgħaddi minn dawn it-toroq: S.Katerina, S.Mikiel, Żaren Dalli, u jasal f’Misraħ il-Knisja għall-ħabta tad-disgħa nieqes kwart. |
09:10pm | Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Michael Bugelli A.T.C.L, il-Banda Birżebbuġa A.D.1990 tesegwixxi l-Kunċert Sinfoniku Vokali u Strumentali tal-festa. F’dan il-programm il-Banda tas-Soċjetà se tagħtina siltiet klassiċi u moderni. Mal-Banda se jipparteċipaw il-kantanti lokali Johan Briffa u Marthese Grech. Il-Mistiedna speċjali għal din is-sena se tkun il-kantanta Federica Falzon. Il-Programm jagħlaq bl-Innu San Pietru fil-Glorja ta’ Alex Caruana bis-sehem tal-Kor Xmun Pietru kif ukoll bl-Innu tal-Banda Birżebbuġa. Dettalji ta’ dan il-Kunċert jingħataw f’paġna oħra ta’ dan il-ktieb. – Se jkun hemm siġġijiet disponibbli għall-pubbliku. |
09.45pm | L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar tagħti bidu għal Wirja Spettakolari tan-Nar tal-Ajru, ibbażata l-aktar fuq murtali u murtaletti, Beraq Ikkulurit, Titanium, Murtali tal-Kulur, Blalen u Sfejjer. Fit-tmiem ta’ din il-wirja tinħaraq Kaxxa Infernali tal-kulur. Dan ix-xogħol tan-nar inħadem kollu mill-Membri ta’ din l-Għaqda, frott il-ħidma ulied Birżebbuġa. |
11.15pm | Mat-tmiem il-Wirja tan-Nar tal-Ajru, il-membri tal-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar jinżlu l-Pjazza tal-knisja, biex kif jintemm il-Kunċert mill-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 jagħtu bidu għal Wirja kbira tal-Logħob tan-Nar tal-Art kollu Artistiku u Mekkanizzat. Din il-wirja saret imfittxija minn bosta dilettanti Maltin. Se naraw diversi rdieden kbar bl-Ingranaġġi, Imqassijiet, Ktajjen, Funtuni tal-Kulur, Gassijiet tad-dawl, Inġenerija kbira u kwalità ta’ nar ta’ livell għoli tassew. Dan ix-xogħol huwa kollu frott il-ħidma tal-membri ta’ din l-Għaqda, ulied Birżebbuġa. |
Jum il-Festa Titular ta’ Birżebbuġa Il-Ħadd 3 t’Awwissu 2014 |
|
06:00am | Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Parroċċa. |
07:00am | Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Parroċċa u fil-Kappella ta’ Bengħisa. |
07:30am | Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Kappella ta’ San Ġorġ M.M. |
08:00am | Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Parroċċa. |
08:00am | L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar issellem l-Għodwa ta’ Jum il-festa bi Ħruq ta’ Murtali tal-Bomba. |
09:00am | Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Jum il-festa. Jintlaqa’ f’Bieb il-Knisja Dun Brian Gialanze, iċ-ċelebrant ta’ din is-sena u hemmhekk isir it-tberik tal-kongregazzjoni bl-ilma mbierek. Wara l-Evanġelu, jinseġ il-Paniġierku, kuruna ta’ tifħir lil San Pietru Appostlu, Rev. Ġorġ Schembri. Fl-aħħar tal-Konċelebrazzjoni tindaqq u titkanta l-Antifona ‘Inti r-Ragħaj tan-Nagħaġ’. Mat-tmiem il-Konċelebrazzjoni jitkanta wkoll l-Innu Popolari lil San Pietru. |
09:00am | Quddiesa Letta bl-Omelija bl-Ingliż fil-Kappella ta’ San Ġorġ M.M. |
10:00am | Quddiesa Letta bl-Omelija fil-Kappella taċ-Ċentru Ragħaj it-Tajjeb. |
11.00am | Il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 tibda l-famuż Marċ ta’ Filgħodu jew kif inhu popolarment magħruf magħna bħala l-Marċ il-Kbir tal-Iljun. Għal dan il-marċ jiġu jżuruna nies minn kull angolu ta’ Malta għall-briju kbir u sabiħ li jafu joħolqu biss il-Partitarji tas-Soċjetà tagħna. Il-marċ jibda fil-ħdax u nofs bid-daqq tal-Innu Marċ ‘Inti l-Patrun Tagħna’ ta’ Mro. Michael Bugelli bis-sezzjoni tal-kurunetti jdoqqu l-fanfarra ta’ dan l-istess innu marċ mill-gallarija tal-Każin. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Birżebbuġa, Il-Bajja s-Sabiħa, Duluri, S.Mikiel, S.Pietru, S.Ġorġ, Żaren Dalli, Misraħ il-Knisja, is-Sajjied, S.Anġlu, iż–Żurrieq, S.Ġwann, iż–Żebra, il-Bajja s-Sabiħa, Triq Birżebbuġa u jintemm quddiem il-każin. |
12.00pm | Mat-tokki ta’ nofsinhar u l-Mota ta’ Jum il-festa, l-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar tagħmel ħruq ta’ Murtali tal-Bomba. |
02:30pm | Jasal fi tmiemu fost il-briju kbir tal-Partitarji l-Marċ ta’ Filgħodu. Mat-tmiem il-marċ se tiġi inawgurata l-kanzunetta li se tiftaħ iċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 Sena Anniversarju tat-twaqqif tas-Soċjetà. Mill-Gallarija tal-Każin se tkanta għalina għall-ewwel darba l-kantanta brava lokali Danica Muscat il-kanzunetta ‘Kwart ta’ Seklu Popolari f’dax-Xtajtiet’ fuq mużika ta’ Elton Zarb u versi ta’ Joe Julian Farrugia. |
06:00pm | Issir quddiesa bil-Kant tas-Sekondi Vespri bil-Malti mill-W. R. Kanonku Ivan Scicluna, ex-Arċipriet tal-Bażilika Kolleġġjata ta’ Marija Bambina tal-Isla. |
07:15pm | Isir il-Ħruġ Solenni tal-Purċissjoni bil-Vara Devota u Artistika ta’ San Pietru fil-Ktajjen, maħduma fl-injam fl-1959 mill-imgħallem Ferdinand Stuflesser tal-Bottega Ars Sacra ta’ Bolzano. Jakkumpanjaw il-purċissjoni ż-żewġ fratellanzi ta’ Birżebbuġa li din is-sena qed jagħlqu mitt sena mit-twaqqif tagħhom. L-Insinji Relikwija ta’ San Pietru Appostlu se tinġarr sollennement fit-toroq tal-Parroċċa mis-Saċerdot Novell imwieled Birżebbuġa Rev. Brian Gialanzè. Il-Purċissjoni tgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ il-Knisja, Birżebbuġa, San Ġorg, S.Katerina, S.Mikiel, S.Pawl, il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa u Misraħ il-Knisja. – Inħeġġu lilkom biex turu d-devozzjoni lejn il-qaddis Patrun tagħna billi tixegħlu l-gallariji u l-bjut u twaħħlu xbiehat u nkwadri ta’ San Pietru kull fejn tistgħu. |
L-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar issellem il-Ħruġ solenni tal-Purċissjoni bil-Vara u l-Insinji Relikwija ta’ San Pietru Appostlu b’wieħed u għoxrin tir ta’ Salut u Kaxxa Infernali Spettakolari b’settijiet ta’ murtali u murtaletti kkumnikati fiha. L-istess għaqda tan-Nar takkumpanja l-Purċissjoni tal-Vara ta’ San Pietru fit-toroq ta’ Birżebbuġa b’diversi Murtali kbar tal-Logħob kollu xogħol il-membri ta’ din l-Għaqda, ulied Birżebbuġa. | |
07:30pm | Il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi, mistiedna tas-Soċjetà tagħna tibda programm fuq il-planċier tal-Banda Birżebbuġa A.D. 1990, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Bugelli A.T.C.L . Il-programm jintemm għall-ħabta tat-tmienja u nofs bl-Innijiet ‘Inħobbuk Bħalma Niesna Ħabbewk’, ‘Sliem Għalik Għażiż San Pietru’ u l-‘Innu Popolari Lil San Pietru’. |
08:45pm | Il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi, imbagħad takkumpanja l-Purċissjoni bil-vara artistika ta’ San Pietru u l-Insinji Relikwija tiegħu mill-Bajja s-Sabiħa għal tul Triq Birżebbuġa. |
09:45pm | Il-vara Artistika u Devota ta’ San Pietru fil-Ktajjen tiġi milqugħa mill-membri tagħna quddiem is-Sede tas-Soċjetà ‘Ġawhra San Pietru’. Il-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi tkompli takkumpanja l-Purċissjoni bil-Vara u r-relikwija ta’ San Pietru sad-dħul tagħhom fil-Knisja. |
10:30pm | Isir id-Dħul tal-Purċissjoni bil-Vara Titulari ta’ San Pietru App. kif ukoll tal-Insinji Relikwija tiegħu. Mad-dħul tal-vara tindaqq l-Antifona ‘Inti r-Ragħaj tan-Nagħaġ’ u l-Vara titpoġġa fuq il-bankun tagħha. Issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. Iċ-ċelebrazzjonijiet interni jaslu fi tmiemhom bl–Oskuli, il-bews tar-Relikwija ta’ Missierna San Pietru App. filwaqt li fl-isfond jitkanta l–Innu Popolari Lil San Pietru. |
10:45pm | Il-Membri tal-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar jaslu l-Knisja biex flimkien mal-Kappillan il-Kan. Dun Anton Galea Scannura jinġabru flimkien taħt il-vara Titulari u jagħmlu eżortazzjoni qasira ta’ talb bħala Qima u ringrazzjament lil Alla. Il-membri tal-istess Għaqda jqiegħdu bukketti ta’ fjuri f’riġlejn il-Vara Titulari b’ringrazzjament lil San Pietru tal-Protezzjoni tiegħu matul is-sena u l-ġimgħa tal-festa. |
11:00pm | Il-Banda Birzebbuga A.D. 1990 tagħti bidu għall-marċ tradizzjonali magħruf bħala l-Marċ tan-Nar u r-Reffiegħa. Dan se jibda minn Triq Birżebbuġa, f’tarf il-Pjazza tal-Knisja u jibqa’ nieżel sax-xatt fejn l-istatwa artistika ta’ San Pietru proprjetà tas-Soċjetà titniżżel minn fuq il-pedestall tagħha. Il-Vara ta’ San Pietru tiġi akkumpanjata miIl-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 b’marċ brijuż tul Triq Birżebbuġa sa quddiem is-Sede tas-Soċjetà. Hawnhekk jintlaqgħu r-Reffiegħa tal-vara Titulari kif ukoll il-membri tal-Għaqda Tan-Nar 22 ta’ Frar. Il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 ssellem lil dawn id-dilettanti bl-Innu lid-Dilettanti tan-Nar li Mro. Michael Bugelli kkompona fl-1991. Il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 ittemm dawn il-festi bid-daqq tal-Innu tal-Banda Birżebbuġa u l-Innu Popolari Lil San Pietru. |
Il-Kant tat-Tridu, Lejlet il-Festa u nhar il-Festa jsir mill-Kor Parrokkjali ta’ Birżebbuġa taħt it-tmexxija ta’ Ms. Felicienne Paris B.Ed. (Hons); L.Mus. L.C.M.; A.Mus. T.C.L., A. Mus. L.C.M. u akkumpanjata mill-organista Mr. Martin Portelli.
________________________________________________________
Ċelebrazzjonijiet ta’ Wara l-Ġimgħa tal-Festa
Il-Ħamis 24 ta’ Awwissu 2014 | |
06:30pm | Quddiesa u Adorazzjoni b’Radd ta’ Ħajr lil Alla bħala ringrazzjament għall-irnexxija tal-Festa Titulari. |
Il-Ħadd 10 ta’ Awwissu 2014 Ottava tal-Festa |
|
04:15pm | Il-Banda Birżebbuġa A.D. 1990 flimkien mal-Banda San Pietru fil-Ktajjen A.D. 1957 se takkumpanja lil Rev. Brian Gialanzè għall-Prima Messa tiegħu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa. Il-Baned se jibdew jakkumpanjawh minn fejn ir-roundabout ta’ San Ġorġ. |
Is-Sibt 16 ta’ Awwissu 2014 | |
07:00pm | Il-Fondazzjoni ‘Qalb it-Tfal’ b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 u l-Kunsill Lokali Birżebbuġa se jtellgħu l-ispettaklu ‘Festa Ġelat’ f’Wied il-Buni Birżebbuġa, bis-sehem ta’ diversi artisti lokali. Ikun hemm stands tal-ikel, xorb u divertiment għal kulħadd. Is-sorpriżi ma jonqsux. Ħallu din il-ġurnata libera. Il-qliegħ minn dan l-attività se jmur għal għan filantropiku. |
Il-Ħadd 17 ta’ Awwissu 2014 | |
07:00pm | l-Fondazzjoni ‘Qalb it-Tfal’ b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 u l-Kunsill Lokali Birzebbuga se jtellgħu l-ispettaklu ‘Festa Ġelat’ f’Wied il-Buni Birżebbuġa, bis-sehem ta’ diversi artisti lokali. Ikun hemm stands tal-ikel, xorb u divertiment għal kulħadd. Is-sorpriżi ma jonqsux. Ħallu din il-ġurnata libera. Il-qliegħ minn dan l-attività se jmur għal għan filantropiku. |
Għat-Tielet Darba: Festa Komunità 2014
Illum il-Ġimgħa 16 ta’ Mejju, għat-Tielet sena konsekuttiva, il-Banda tas-Soċjetà tagħna se terġa tipparteċipa f’manisfestazzjoni li tiġbor fiha l-baned kollha tar-reġjun tagħna, li bir-raġun huwa magħruf bħala r-reġjun tal-festi minħabba li fiż-żona tagħna (Birżebbuġa, Għaxaq, Gudja, Kirkop, Imqabba, Qrendi, Safi u Żurrieq) jiġu ċċelebrati fost l-aqwa festi Titulari u Sekondarji f’pajjiżna. Festa Komunità hija organizzata mill-Kulleġġ San Benedittu, Sekondarja Subien bl-għan li tiġbor fondi għal xi NGO li taħdem favur is-Soċjetà Maltija. Din is-sena l-qliegħ kollu se jmur għal Richmond Foundation. Mhux biss imma, l-iskola li torganizza din l-attività għandha bħala parti mill-politika tagħha li tinstalla relazzjoni tajba ma’ dawk l-għaqdiet li jipprovdu tagħlim edukattiv lill-uliedna fosthom l-Għaqdiet tal-Banda li joffru tagħlim mużikali bla ħlas lil dawk li jkunu interessati.
Illejla, l-Banda Birżebbuġa se tkun qed tipparteċipa ma’ madwar 15-il banda oħra li ġejjin mill-irħula msemmija. Filfatt il-baned kollha se jingħaqdu flimkien u se jdoqqu f’banda waħda marċi popolari Maltin. Hija okkażjoni annwali fejn il-membri tal-kumitati ta’ Għaqdiet differenti jiltaqgħu flimkien. Ħafna minn dawn l-Għaqdiet diġa għandhom konnessjonijiet qawwija minħabba li kollha ġejjin mill-irħula viċin ta’ xulxin. Il-Banda Birżebbuġa flimkien mal-baned l-oħra hija mistennija li tibda marċ bejn is-7:30pm u t-8:30pm fl-iskola stess. Ta’ min jgħid li din is-sena se tkun ukoll speċjali għax l-ismijiet tal-baned parteċipanti se jidħlu fil-Malta Records bħala l-ikbar grupp ta’ baned li pparteċipa f’attivita’ mħejjija minn skola. Ta’ min jgħid ukoll li anke l-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar se tagħti l-kontribut tagħha f’din is-serata bħalma ilha tagħmel dawn is-snin kollha. Nifirħu lill-Kulleġġ San Benedittu Sekonadarja Subien ta’ din l-attività li bis-saħħa tagħha l-għaqda li teżisti bejn il-baned tar-reġjun tagħna kulma tmur qed dejjem tikber u tissaħħaħ. Inħeġġu lilkom il-membri tas-Soċjetà tagħna jew intom li toqogħdu Birżebbuġa biex taħtfu din l-opportunità, speċjalment issa li uliedkom se jmorru f’din l-iskola biex tiġu u taraw dan l-ispettaklu li se jibda fis-7pm.
Din l-attività se tiġi wkoll streamed live mis-7pm ‘il quddiem fuq dan l-address https://new.livestream.com/accounts/8325348/events/2994017
VIRGINI PERDOLENTI – Programm ta’ Mużika Sagra u Riflessjonijiet Reliġjużi għall-Ġimgħa Mqaddsa 2014
Is-sit tagħna għalkemm huwa iktar mixħut fuq l-attivitajiet Soċjali li jorganizzaw il-Partitarji xorta waħda jagħti importanza lill-Banda li għandha s-Soċjetà tagħna.
Għada t-Tnejn 14 t’April għas-7:30 ta’ filgħaxja, wara li tiġi inawgurata l-Wirja ‘Is-Sultan’, il-Banda Birżebbuġa se ttellgħa programm ta’ mużika sagra b’riflessjonijet reliġjużi fis-Sala Prinċipali fis-Sede tas-Soċjetà. Kulħadd huwa mistieden li jattendi, speċjalment in-nies ta’ Birżebbuġa. Id-dħul huwa kompletament mingħajr ħlas u se jkun hemm siġġijiet biex wieħed ikun jista’ jsegwi l-programm sħiħ mingħajr ma jgħejja. Se nisimgħu diversi xogħolijiet l-aktar minn kompożituri Maltin. Anke l-Allievi tas-Soċjetà se jingħataw ċans jipparteċipaw.
Għaldaqstant ħudu din l-opportunità biex tiġu u tisimgħu l-Banda tagħna u tħajjru lil uliedkom jersqu lejn it-tagħlim tal-mużika.
Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa 2014 – ‘Is-Sultan’
Il-Kummissjoni Ġimgħa Mqaddsa fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 qed ittella’ din il-wirja spettakolari fuq il-misteru u l-Passjoni ta’ Sidna Alla Ġesù Kristu. Din ser tiġi inawgurata illum it-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa 14 ta’ April 2014 fis-7:15pm fi Triq Birżebbuġa, fir-remissa li hemm maġenb is-Sede tas-Soċjetà tagħna. Għall-ftuħ tal-wirja se jkun hemm preżenti l-kappillan Rev. Kan. Anton Galea Scannura li se jbierek l-istess wirja. Wara l-ftuħ tal-Wirja se jittella’ programm ta’ mużika sagra b’riflessjonijiet reliġjużi fuq is-7 Duluri tal-Madonna. Għal dawn iż-żewġ appuntamenti kulħadd jista’ jiġi, anzi nistiednu b’mod speċjali n-nies ta’ Birżebbuġa biex jiġu u jaraw u jħajjru lill-uliedhom jersqu għat-tagħlim tal-mużika u għar-rikreazzjoni onesta li taf toffri s-Soċjetà tagħna.